Saturday, November 23, 2024

Żewġt itrabi fost għexieren ta’ vittmi f’żewġ attakki separati f’Kabul

Aqra wkoll

Żewġt itrabi u 11-il omm u infermiera nqatlu f’attakk militari li seħħ fi sptar f’Kabul.

Minbarra dawn hemm 15-il persuna oħra li ndarbu fosthom numru ta’ tfal wara li persuni armati attakkaw il-post. Intant fil-Lvant tal-pajjiż, attakk li seħħ waqt funeral ta’ uffiċjal tal-ordni ħalla 24 persuna mejta. Għexieren oħra ndarbu ndarbu kawża ta’ splużjoni li seħħet f’dan l-attakk u skont rapporti mhux eskluż l-imwiet ikomplu jiżdiedu fiż-żewġ każijiet.

S’issa għadu mhux magħruf minn seta’ kien wara dan l-attakk.

Sport