Il-grupp taż-żgħażagħ I See Life, li ġie stabbilit riċentament, ilbieraħ nieda proġett t’appoġġ bl-isem ‘I See Food’. Dan il-proġett huwa inizjattiva mmirat sabiex jgħin lit-tfal u l-familji li jgħixu fid-djar ta’ sapport: Creche tal-Ursulini, Dar Fra Diegu, Dar San Nikola, Dar Sagra Familja, Il-Milja, Dar Santa Tereża, u Dar Tgħanniqa t’Omm b’donazzjoni ta’ ikel li jżomm fit-tul.
Fil-preżent, huma qalu li l-għan tagħhom huwa li niġbru 1,000kg ta’ ikel u fissru li dan l-ammont jirrapreżenta l-ewwel sena minn mindu ġiet imwaqqfa I See Life.
Il-grupp taż-żgħażagħ qal: “L-għan hu li nibqgħu nżidu ma’ dan l-ammont fis-snin li ġejjin. Bħala ‘I See Life’ nistiednu lil dawk kollha li jixtiequ jagħmlu kontribuzzjoni billi jagħmlu kuntatt magħna permezz ta’ email fuq [email protected] jew inkella permezz tal-mezzi soċjali tagħna, il-paġna tagħna ‘I See Life’ jew instagram @iseelife.mt. Individwi li jixtiequ jgħinu jistgħu jkoll iġibu l-ikel f’postijiet speċifiċi li se jiġu mħabbra fuq il-paġni tagħna ta’ Facebook u Instagram.’
Il-kampanja ġiet imnedija onlajn bħala avveniment fuq Facebook li se tkun qed tiġi aġġornata regolarment bl-informazzjoni meħtieġa.