Saturday, November 23, 2024

Żgħażagħ gay “rappurtati” lill-ġenituri

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-għaqda li tiġġieled għad-drittijiet tal-gays tinsab irrabjata wara żieda fir-rapporti lill-ġenituri ta’ żgħażagħ gay wara li dawn intlemħu fil-kumpanija ta’ persuni tal-istess sess.

Kienet il-Malta Gay Rights Movement (MGRM) li fuq is-sit tagħha appellat lin-nies li jekk jaraw koppja żagħżugħa tal-istess sess fit-triq biex ma jmorrux jgħidu lill-ġenituri tagħhom mingħajr il-kunsens tagħhom.

“Din il-biċċa ġrat kemm-il darba u ninsabu ferm irrabjati. Dawn in-nies qed joħolqu problemi serji lill-persuni LGBT+. Dawn il-problemi jvarjaw minn vjolenza psikoloġika u/jew fiżika mill-ġenituri fuq it-tfal fost affarijiet oħra”.

L-MGRM saħqet li huma l-persuni LGBT+ biss li jridu jiddeċiedu meta u kif jgħidu lill-ġenituri tagħhom u għal dik ir-raġuni waqt li saħqet li ħadd m’għandux jindaħal x’jagħmel ħaddieħor f’ħajtu.

Sport