Friday, November 15, 2024

Żgħażugħ bla saqaf fuq rasu u b’vizzju tad-droga kkundannat 18-il xahar ħabs

Aqra wkoll

Dylan Degiorgio, ta’ 29 sena, tressaq fil-Qorti wara li matul dawn l-aħħar ġimgħat il-Pulizija rċeviet numru ta’ rapporti dwar serqiet f’inħawi differenti.

Wara li fliet il-kameras tas-sigurtà fl-inħawi fejn seħħew is-serqiet, il-Pulizija identifikat lil Degiorgio mit-tpinġijiet partikolarment dik fuq għajnejh u f’għonqu u mill-mod ta’ kif iżomm lilu nnifsu.

Fl-ispjegazzjoni tagħha fil-Qorti, il-prosekuzzjoni qalet li wara diversi investigazzjonijiet instab li l-imputat kien qed jorqod barra f’Tal-Pietà u kien għalhekk li pulizija mill-għassa ta’ Ħal Qormi ħarġu jfittxuh matul il-lejl.

Huwa nstab miexi għall-ħabta tal-3.45am fl-inħawi tal-Pietà u ġie arrestat fuq il-post.

Il-prosekuzzjoni żiedet tgħid li huwa kien ibiegħ l-oġġetti misruqa biex isostni l-vizzju.

Waqt li ammetta għall-akkużi miġjubin kontrih Degiorgio qal li d-droga kkontrollatlu ħajtu u ma joqgħodx mingħajrha imma wera x-xewqa li jagħmel il-programm ta’ rijabilitazzjoni.

Huwa ġie kkundannat 18-il xahar ħabs u ordna li jitpoġġa taħt ordni ta’ trattament sabiex jindirizza l-problema tad-droga u jirrifondi lill-vittmi ta’ dan is-serq.

Ekonomija

Sport