Il-familja Zhang lesta tinvesti ‘l fuq minn €100 miljun fil-club ta’ Inter sabiex jinżamm il-bilanċ fis-saħħa finanzjarja.
F’dawn l-aħħar snin in-Nerazzurri kien f’pożizzjoni ferm diffiċli bil-pandemija tal-Covid-19, tolqot ħafna lis-sidien Suning u l-kapaċità tagħhom li jkomplu jipprovdu lill-club tal-belt ta’ Milan.
Is-sena l-oħra, Suning injetta self tal-azzjonisti ta’ €75 miljun, fejn alloka parti mill-€275 miljun mislufa minn Oaktree għal Inter u issa lesti li jkomplu jsostnu lit-team.
Suning iridu jkomplu jinvestu fil-club ta’ Inter biex jgħinu jżommuhom fl-ogħla livell lit-team u fil-futur qrib lesti li jkomplu jinvestu aktar minn €100 miljun biex iżidu l-allokazzjoni tal-budget.
Dan l-aħħar, il-partitarji esprimew ir-rabja tagħhom lejn is-sidien tal-club u talbu lil Zhang biex iħalli l-pożizzjoni tiegħu bħala president, u Suning jittamaw li din l-injezzjoni tgħin biex tikkalma ftit is-sitwazzjoni, u juru l-impenn tagħhom lejn it-team.
Suning għadhom qed ifittxu xerrejja u taw mandat biex jagħmlu t-tieni investiment lura biex jgħinu jiġġeneraw l-imgħax.