Saturday, September 14, 2024

Zidane D.E. jirbaħ il-finali tat-Tazza Johnnie Walker

Kenneth Vella

Aqra wkoll

F’idejn Chris Grech, il-Ġermaniż Zidane D.E. rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret illum wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tat-Tazza Johnnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali għamlet parti mit-52 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott, laqgħa li nkludiet ukoll tiġrija tal-aqwa klassi Premier ukoll fuq l-istess distanza. 

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Gold. Flash De Celland (Kurt Saliba) kien l-aktar wieħed b’saħħtu matul l-ewwel metri u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Diaz Dairpet (Cliferty Calleja) u Zidane D.E. (Chris Grech). Madankollu, madwar 400m mit-tmiem iż-żiemel ta’ Saliba beda jnaqqas mill-pass u minnufih approfitta fost l-oħrajn Zidane D.E. li mar quddiem u rnexxilu jirbaħ b’vantaġġ ta’ madwar seba’ tulijiet minn Cristal Pierji (Rodney Gatt) u Cessillac (Charles Degiorgio). Boston Wise L (Noel Baldacchino) daħal fir-raba’ post.  

Fi tmiem il-finali, is-Sur Alfred Braddick, f’isem l-isponsors, ippremja lil Ġanni, u Warren Grech li flimkien m’ Chris Grech huma s-sidien ta’ dan iż-żiemel rebbieħ li ttrijonfa f’medja ta’ 1.14.8” fil-kilometru. Ta’ min wieħed jinnota li din kienet l-ewwel rebħa ta’ finali għal Chris Grech, magħruf ukoll bħala tal-Frida. 

Fl-uniku tiġrija tal-klassi Premier kien dwell eċċitanti fl-aħħar metri bejn it-Taljana Black In Black (Jean Claude Pace) u Call Jack (Ludvic Ghigo). Kien iż-żiemel ta’ Ghigo li ħa t-tielet rabħa tas-sena b’Hunter Montana (Tony Demanuele) u Secret Snap (Johan Gaffarena) jidħlu warajhom f’dik l-ordni. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hative De Ronsard (D. Cortis) Ħin – 2.54” (1.21.3”) 2. Concerto Cehere (C. Calleja) 3. Fee Europa (T. Demanuele) 4. Import (S. Cortis) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Idole De Neret (P. Galea) Ħin – 2.48.8” (1.18.9”) 2. Gamine d’Hawai (R. Gatt) 3. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) 4. Khali Magdalon (J. Spiteri) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Emissoro (R. Schembri) Ħin – 2.48.5” (1.18.7”) 2. Hurricane (N. Baldacchino) 3. Fenja Brick (S. Cortis) 4. Diva Du Padoueng (G.P. Camilleri)  

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Appreciated (Ch. Magro) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Fighter Dancer (R. Magro) 3. Elton Ball (A. Grech) 4. Ami De Clerlande (T. Mallia) 

V Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Dennis Rose P.J. (M. Debono) Ħin – 2.47.1” (1.18.1”) 2. Edisto Prior (J. Gafa’) 3. Sharif America (M. Sammut) 4. Doc De L’Ormerie (B. Ħili) 

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Call Jack (L. Ghigo) Ħin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Black In Black (J.C. Pace) 3. Hunter Montana (T. Demanuele) 4. Secret Snap (J. Gaffarena) 

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Rosie Access (L. Zammit) Ħin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Azur Des Caillons (O. Briffa) 3. Coumba Kuky (L. Ghigo) 4. Dzarof De Guez (C. Refalo) 

VIII Tiġrija. Finali Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Zidane D.E. (Ch. Grech) Ħin – 3.40” (1.14.8”) 2. Cristal Pierji (R. Gatt) 3. Cessillac (Ch. Degiorgio) 4. Boston Wise L (N. Baldacchino) 

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cruise (P. Galea) Ħin – 2.41.9” (1.15.6”) 2. Gigaro AM (Ch. Degiorgio) 3. Emeraude Jiji (N. Barbara) 4. Evita D’Estree (A. Farrugia) 

Ekonomija

Sport