Tuesday, November 26, 2024

Żieda fil-persuni li rreġistraw għax-xogħol f’Settembru li għadda

Aqra wkoll

F’Settembru li għadda kien hemm żieda ta’ 105 persuna li bdew jirreġistraw għax-xogħol meta mqabbel mal-istess xahar tal-2023. B’hekk f’Settembru kien hemm 1,109 persuna jirreġistraw għax-xogħol.

Tagħrif mogħti minn Jobsplus juri li, sena għal sena, fʼSettembru 2024 kien hemm żidiet taʼ 96 persuna u disaʼ persuni jirreġistraw fl-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru tal-Qgħad, rispettivament.

L-irġiel kienu jgħoddu 68.9 fil-mija tal-għadd kollu taʼ dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, filwaqt li n-nisa kienu jammontaw għal 31.1 fil-mija. Sena għal sena, kienu rreġistrati żidiet taʼ 15-il persuna u 91 persuna fl-għadd taʼ dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal anqas minn 21 ġimgħa u għal bejn 21 u 52 ġimgħa, rispettivament. Min-naħa l-oħra, l-għadd taʼ dawk li kienu fuq ir-reġistru għal iżjed minn sena naqas bʼwieħed.

FʼSettembru 2024, in-numru taʼ persuni bʼdiżabbiltà li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol baqaʼ l-istess meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, u kien taʼ 234 persuna.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport