Saturday, September 14, 2024

Żieda fil-pieni għal min iwettaq abort fil-Gwatemala u projbizzjoni fuq żwieġ bejn persuni tal-istess sess

Aqra wkoll

Il-Kungress tal-Gwatemala, immexxi mill-gvern konservattiv, approva ż-żieda fis-sentenza ta’ ħabs għal dawk in-nisa li jwettqu abort filwaqt li pprojbixxa ż-żwieġ bejn koppji tal-is­tess seħħ u t-tagħlim dwar id-diversità sesswali. 

L-abbozz, li għad irid jiġi ffirmat mill-President Alejandro Giammattei, jgħid li dawk in-nisa li jwettqu abort jistgħu jeħlu għaxar snin ħabs – sentenza li hija tliet darbiet iktar minn dik li kien hemm s’issa. Apparti hekk, l-abbozz jgħid li dawk li jwettqu abort mingħajr il-kunsens tal-omm jistgħu jeħlu sa 50 sena ħabs. L-abort fil-Gwatemala huwa permess biss jekk il-ħajja tal-omm tkun fil-periklu. 

Din il-liġi, ladarba tkun iffirmata, se tintroduċi wkoll projbizzjoni fuq żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess, kif ukoll fuq it-tagħlim fl-iskejjel dwar id-diversità sesswali. 

Kienu bosta dawk il-persuni li wrew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom ma’ dawn il-liġijiet hekk kif qalu li dawn “mhux kostituzzjonali” u se jżidu “l-istigma u l-intolleranza” fis-soċjetà.

Ekonomija

Sport