F’Ġunju ta’ din is-sena kien ehmm żieda fin-numru taʼ persuni rreġistrati li jaħdmu full-time. Dan kien jammonta għal 297,338, li jfisser żieda taʼ 4.2 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
Dan ħareġ minn statistika li ġiet ippubblikat mill-NSO.
Fl-istatistika jkompli jiġi rraporta li l-għadd taʼ persuni li kellhom part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom laħaq is-36,384, żieda taʼ 5.5 fil-mija fuq Ġunju 2024.
In-numru taʼ persuni jaħdmu full-time fis-settur privat żdied bʼ4.2 fil-mija fi żmien tnax-il xahar biex laħaq il-242,940.
L-għadd taʼ persuni jaħdmu full-time fis-settur pubbliku żdied bʼ4.3 fil-mija minn Ġunju 2024 u kien jammonta għal 54,398.
“Fuq il-livelli rreġistrati fʼĠunju 2024, l-għadd taʼ rġiel bʼimpjieg full-time telaʼ bi 3.9 fil-mija biex laħaq il-178,929, filwaqt li l-għadd tan-nisa żdied bʼ4.6 fil-mija biex laħaq il-118,409,” itemm tgħid l-NSO.

