Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jikkonfermaw kemm l-2025 ma hijix biss rekord f’termini ta’ numru ta’ turisti, imma wkoll fejn tidħol il-kwalità tagħhom. Dan hekk kif għall-ewwel darba fl-istorja l-ispiża medja tat-turisti kważi laħqet l-elf ewro ras għal ras.
Fl-ewwel għaxar xhur tas-sena l-infiq tat-turisti laħaq it-€3.5 biljun, 20% aktar mis-sena li għaddiet. In-numru ta’ turisti żdied bi 12% għal 3.5 mijun. B’hekk aktar żdied id-dħul milli żdiedu t-turisti. Id-dħul ras għal ras ta’ kull turist kien 6% aktar, u laħaq rekord ġdid.
Intant iċ-ċifri tal-NSO jikkonfermaw kemm kienet għaqlija d-deċizjoni tal-Gvern li jattira lejn Malta turisti Amerikani permezz ta’ linja diretta għal New York. Dan għaliex turist medju Amerikan jonfoq kważi elf u ħames mitt ewro ras għal ras, jew darba u nofs dak li jonfoq turist medju li jiġi Malta.
Bil-miġja ta’ aktar turisti Amerikani, Malta mistennija tinbidel minn destinazzjoni turistika ftit datata għal destinazzjoni stilla.


