Monday, December 23, 2024

Żieda fix-xiri tal-ikel online

Aqra wkoll

Żvilupp li seħħ mindu bdiet il-pandemija hu dak li s-settur tas-servizzi tal-ikel  kellu jadatta minħabba miżuri restrittivi li ttieħdu. 

Ħafna stabbilimenti bdew jaħdmu b’kapaċità mnaqqsa u għal xi żmien anke kellhom jagħlqu.  Quddiem dan ħafna stabbilimenti adattaw u ddiversifikaw il-mod kif jaħdmu u dan billi bdew joffru is-servizz ta’ take away u xiri onlajn. Minn stħarriġ riċenti rriżulta li x-xiri online għal ‘groceries’ u ikel tat-take away żdiedu bi 8 fil-mija u 9.7 fil-mija rispettivament meta mqabblin ma’ kemm kienu qabel il-pandemija.

Dawn iċ-ċifri kienu pubblikati fl-aħħar jiem fi stħarriġ li sar mill-Uffiċċju ta’ Dr Joseph Muscat u Sagalytics, fejn irriżulta bl-aktar mod ċar li fost affarijiet oħra l-konsum tal-poplu Malti għadu ferm inqas mil-livelli ta’ qabel il-pandemija.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport