Saturday, December 21, 2024

Żieda fl-ammont ta’ persuni li kienu pożittivi diġà u issa qed jerġgħu joħorġu pożittivi

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn tħabbru numru ta’ miżuri ġodda, Prof. Charmaine Gauci qalet li r-rata ta’ pożittività telgħet għal 7.6%. Qalet ukoll li lbieraħ saru ‘l fuq minn 7,000 swab test. 

Dwar is-sitwazzjoni ta’ x’qed jiġri, Prof. Gauci qalet li hemm ċertu etajiet li l-aktar li qed jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

F’dan ir-rigward semmiet li 41% mill-każijiet huma fost persuni li għandhom 25 sena u 40 sena filwaqt li 21% tal-każijiet huma fost dawn li għandhom 17 u 24 sena. Tkellmet ukoll dwar il-fatt li l-booster qed jidher li huwa effettiv kemm biex wieħed jevita kumplikazzjoni u biex jevita milli jinfetta ruħu. 

Semmiet il-fatt li hemm bosta persuni li qed imorru biex jagħmlu t-testijiet fosthom minħabba raġunijiet ta’ safar imma hemm ukoll numru ta’ nies li qed ikollhom is-sintomi. Spjegat li l-iktar sintomi prevalenti huma dawk tas-sogħla pero qed ikun hemm sintomi simili tar-riħ komuni li konna nafu qabel. 

Qalet li meta wieħed iħares lejn dawn l-aħħar ġranet, raw li kien hemm żieda fil-persuni li infurmawhom li kienu attendew xi attività. “Minn ġimgħa għall-oħra fejn kelna 14% tal-persuni li kienu infurmawna li rriżultaw pożittivi wara li attendew attività, issa din il-ġimgħa kelna 23%,” spjegat Prof. Gauci.

Fl-istess waqt qalet li l-iktar każijiet li rrappurtaw minn fejn setgħu ħadu l-virus kien mid-dar stess u fuq il-postijiet tax-xogħol. Qalet li qed jaraw fenomenu ieħor li huwa fiż-żieda ta’ persuni li kienu pożittivi diġà u issa jerġgħu joħorġu pożittivi. Dwar dan il-fatt hija appellat għat-teħid tal-booster. 

Aqra iktar dwar dan li tħabbar f’konferenza dalgħodu: DIRETT: Konfermati l-ewwel żewġ każi tal-Omicron f’pajjiżna

Ekonomija

Sport