Friday, December 20, 2024

Żieda minima fil-persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Awwissu li għadda

Aqra wkoll

F’Awwissu li għadda kien hemm żieda minima ta’ 164 persuna li bdew jirreġistraw għax-xogħol meta mqabbel mal-istess xahar tal-2023. B’hekk f’Awwissu kien hemm 1,138 persuna jirreġistraw għax-xogħol.

Stqarrija li ħareġ l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, tgħid li fʼAwwissu 2024 kien hemm żieda taʼ 170 persuna jirreġistraw fl-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Qgħad u tnaqqis taʼ sitta min-nies fuq it-Tieni Parti tal-istess reġistru.

Iż-żidiet fir-reġistrar dehru fil-gruppi tal-età kollha fejn kien hemm 67.6% li huma rġiel.

L-NSO jgħid li skont tagħrif mogħti mill-JobsPlus, sena għal sena, kienu rreġistrati żidiet fit-tliet meded taʼ żmien. Żieda taʼ 13.1%, li tissarraf daqs 80 persuna, kienet irreġistrata fl-għadd taʼ dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal anqas minn 21 ġimgħa. L-ammonti taʼ dawk li kienu ilhom jirreġistraw bejn 21 u 52 ġimgħa u tal-oħrajn li kienu fuq ir-reġistru għal iżjed minn sena żdiedu bʼ74 u 10, rispettivament.

FʼAwwissu 2024, in-numru taʼ persuni bʼdiżabbiltà li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol żdied bʼ9 meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq il-239 persuna. L-irġiel kienu jgħoddu 74.5% tal-għadd sħiħ taʼ dawk imniżżlin fir-reġistru tal-qgħad bħala persuni bʼdiżabbiltà.

L-irġiel u n-nisa fuq ir-reġistru tal-qgħad kienu qed ifittxu l-aktar impjiegi taʼ appoġġ klerikali, bʼ21.85 u bʼ34.7%, rispettivament.

Ekonomija

Sport