Thursday, January 30, 2025

Żieda minima fil-persuni li jirreġistaw għax-xogħol

Aqra wkoll

FʼDiċembru 2024, in-numru taʼ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien taʼ 1,115 biex bʼhekk kien hemm żieda taʼ 160 persuna meta mqabbel mal-istess xahar fl-2023. Dan ħareġ minn statistika li ġiet ippubblikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika NSO.

L-NSO tirraporta li tagħrif mogħti minn Jobsplus juri li, sena għal sena, fʼDiċembru 2024 kien hemm żidiet taʼ 135 persuna u 25 persuna jirreġistraw fl-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru tal-Qgħad, rispettivament. Iż-żidiet fir-reġistrar dehru fil-biċċa l-kbira tal-gruppi tal-età. L-irġiel kienu jgħoddu mas-66.8 fil-mija taʼ dawk li kienu qegħdin jirreġistraw.

Sena għal sena, kienu rreġistrati żidiet taʼ 113-il persuna u 53 persuna fl-għadd taʼ dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal anqas minn 21 ġimgħa u għal bejn 21 u 52 ġimgħa, rispettivament. Min-naħa l-oħra, l-għadd taʼ dawk li kienu fuq ir-reġistru għal iżjed minn sena naqas bʼsitta.

FʼDiċembru 2024, in-numru taʼ persuni bʼdiżabbiltà li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol naqas bi 11 meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, u kien taʼ 220 persuna. L-irġiel kienu jgħoddu 75.5 fil-mija tal-għadd sħiħ taʼ dawk imniżżlin fir-reġistru tal-qgħad bħala persuni bʼdiżabbiltà.

L-irġiel u n-nisa fuq ir-reġistru tal-qgħad kienu qed ifittxu l-aktar impjiegi taʼ appoġġ klerikali, bʼ26.7 fil-mija u bʼ39.2 fil-mija, rispettivament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport