Sunday, December 22, 2024

Żieda qawwija fil-bejgħ tal-kontraċettivi hekk kif ir-Russi qegħdin jibżgħu mis-sanzjonijet

Aqra wkoll

Id-domanda għall-kontraċettivi fir-Russja splodiet ‘il fuq hekk kif iċ-ċittadini qegħdin jibżgħu li jista’ jkun hemm żieda qawwija fil-prezzijiet kif ukoll nuqqas ta’ provista minħabba sanzjonijiet imposti.

Wieħed mill-akbar negozji rinomati online, Wildberries irreġistra żieda ta’ 170 fil-mija fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Marzu meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Skont l-istatistika, fl-ispiżerija, id-domanda għall-kontraċettivi żdiedet b’madwar 26 fil-mija li telgħet sa 30 fil-mija għal dawk li jfittxu dan il-prodott mis-supermarkets.

Yesenia Shamonina, waħda mis-sidien ta’ Prezervativnaya sex shop f’kumment lill-midja barranija kkonfermat li n-nies qegħdin jaħsbu għall-futur anke jekk kien hemm żieda sostanzjali fil-prezzijiet.

Tradizzjonalment ir-Russja timporta mas-600 miljun kontraċettiv fis-sena u tipproduċi 100 miljun.

Ekonomija

Sport