Wednesday, December 25, 2024

Żieda qawwija oħra fl-allowance tat-tfal

Aqra wkoll

Il-Ministru Caruana ħabbar ukoll żieda qawwija oħra fl-allowance tat-tfal. Għat-tieni sena konsekuttiva dan is-suppliment se jiżdied b’€250 għal kull wild irrispettivament mid-dħul tal-familja.

Il-Ministru Caruana enfasizza wkoll it-titjib fl-inwork benefit li se tolqot pożittivament madwar 25,000 familja b’madwar 40,000 wild taħt it-23 sena.

Żieda oħra se tkun fl-għotja ta’ żwieġ, fejn żewġ konjuġi meta jingħaqdu fi żwieġ jew f’unjoni ċivili se tiżdied bi kważi 170 ewro għal 500 ewro li jfisser 1,000 ewro bejn iż-żewġ konjuġi.
Il-ġenituri prosettivi li jagħmlu trattament tal-IVF, separatament minn kull dritt għal leave mħallas se jibbenefikaw minn 100 siegħa oħra ta’ leave mħallas għal kull ċiklu ta’ trattament. Se jkun estiż ukoll id-dritt għal leave tal-paternità lil min jaħdem għal rasu.

Il-Ministru Caruana ħabbar ukoll li mill-ġdid se jħaddem il-mekkaniżmu addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja. B’kollox madwar €48 miljun se jitqassmu fost 100,000 familja bi kważi 200,000 dipendenti.

Bil-miżuri li ħa l-Gvern, fl-aħħar 10 snin id-dipendenza soċjali naqset b’60 fil-mija. Minkejja dan se titwettaq riforma fl-għajnuna soċjali li tingħata lil kapijiet ta’ familja li ma jkunux f’qagħda li jaħdmu għal raġunijiet ta’ saħħa jew għaliex ikollhom wild taħt il-kura u l-kustodja tagħhom.

Se jitwessa’ l-limitu tad-dħul għall-assistenza għal mard filwaqt li aktar persuni se jingħataw id-dritt għal mediċini b’xejn. Se jkun qed jingħata wkoll kumpens għal persuni b’diżabilità għal meta jirtiraw mix-xogħol kif ukoll żidiet fl-assistenza għal persuni b’diżabilita’ u għal carers.

Fost miżuri oħra li ħabbar il-Ministru Caruana hemm għajnuna għall-ħenituri ta’ tfal b’diżabilità fuq spejjeż ta’ terapiji u ċentru ta’ filgħaxija għal persuni b’diżabilita,

Dwar l-anzjanita attiva, il-Ministru semma wkoll it-tkomplija tal-investiment fir-Residenza San vinċenz de Paul, kif ukoll l-inawgurazzjoni din is-sena ta’ Dar Sanm Ġużepp f’Għawdex. Għas-sena d-dieħla l-persuni anzjani fl-età bejn 75 u 79 sena li jgħixu f’darhom jew f’dar residenzjali li jħallsu għaliha se tiżdied bejn 50 ewro u 350 ewro.

Dwar l-inġustizzji tal-imgħoddi din is-sena se tingħlaq l-iskema għall-eks membri tal-korpi li wara sabu impjieg fis-servizz publiku.

Il-Ministru ma naqasx li jsemmi wkoll is-sostenn lis-settur tal-volontarjat fejn għas-sena d-dieħla se jiġu allokati kważi 25 miljun ewro għal aktar minn 50 partnerships li l-gvern għandu ma diversi għaqdiet volontarji.

Dwar l-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, il-Ministru Caruana ħabbar li dan se jibqa ta’ prijorita b’żieda fl-allokazzjoni għal dan is-settur. Permezz ta’ dan il-Budgeet se jibqa jsir l-investiment f’dan is-settur billi wkoll jisaħħu l-iskemi eżistenti għal akkomodazzjoni soċjali u affordabbli..

Ekonomija

Sport