Friday, May 9, 2025

Żieda ta’ 10.5% ta’ passiġġieri li waslu Malta fuq cruise liners

Aqra wkoll

Passiġġieri li waslu Malta fuq cruise liners żdiedu b’10.5% meta mqabblin mal-istess perjodu ta’ sena qabel. Dan ħareġ minn ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, l- (NSO).

Il-passiġġieri li għaddew minn Malta biex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu t-83,095. Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,729 passiġġier, 1,301 inqas mis-sena ta’ qabel.

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 56.6 fil-mija tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan, li laħaq 21.9 fil-mija tal-passiġġieri kollha, u dak Spanjol bi 8.9 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq is-36,725, li minnhom 25.8 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti u 18.3 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit. 

Il-passiġġieri rġiel laħqu 52.0 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59  sena (30.6 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (28.6 fil-mija). 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport