Saturday, December 21, 2024

Żieda ta’ 15.5% fit-turisti li waslu Malta f’Awwissu

Aqra wkoll

F’Awwissu li għadda waslu Malta 429,111 turist, li jfisser żieda ta’ 15.5% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena 2023

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li f’Awwissu li għadda ġew 409,536 turisti fuq btala filwaqt li 9,178 oħra ġew għal skop ta’ negozju.

L-akbar għadd ta’ turisti kellhom bejn iż-0 u l-24 sena. Warajhom kien hemm dawk fl-età ta’ bejn il-25 u l-44 sena. Residenti mir-Renju Unit, mill-Italja u minn Franza kienu jammotaw għal 53.6% tat-turisti kollha li waslu Malta.

Meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ ljieli mqattgħin f’Malta żdiedu b’9.9% biex kważi laħħqu it-3.2 miljun lejl. L-akbar ammont ta’ ljieli kienu mgħoddija fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni mikrija. It-tul medju taʼ dawn iż-żjajjar kien jammonta għal 7.4 iljieli.

FʼAwwissu 2024, in-nefqa sħiħa tat-turisti qabżet il-€480.5 miljun, li hija żieda taʼ 22.1 fil-mija fuq l-istess xahar sena qabel. L-infiq medju kull lejl kien stmat li kien €150.8.

Ekonomija

Sport