Thursday, December 26, 2024

Żieda ta’ 21.6% ta’ passiġġieri li waslu Malta fuq cruise liners

Aqra wkoll

Fit-tieni kwart ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 21.6% ta’ passiġġieri li waslu f’Malta fuq cruise liners. L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) f’rapport li ppubblika qal li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena waslu f’Malta 273,900 passiġġier.

Fit-tieni kwart tal-2024, żaru Malta 128 cruise liner, żieda ta’ 30 meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-223,990 – 81.8%. Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,140 passiġġier, 159 inqas mis-sena ta’ qabel.

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 35.3% tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 10.3 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Ġermaniż bi 8.6% tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-177,150, li minnhom 39.1% kienu ġejjin mill-Istati Uniti u 35.6% kienu ġejjin mir-Renju Unit.

Il-passiġġieri nisa laħqu 54.2% tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn s-60 u d-79 sena – 42.5%. Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena – 28.5%.

Fl-ewwel nofs tas-sena 2024, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-350,462, li 41.3% minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 188,641, jew 53.8% tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn s-60 u d-79 sena, u laħqu l-136,137 – 38.8%. Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn l-40 u d-59 sena, li laħqu 102,931 – 29.4%.

Kien hemm 147 żjara taʼ vapuri tal-kruċieri fl-ewwel nofs tas-sena 2024, bʼmedja taʼ 2,384 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-119-il żjara u medja taʼ 2,498 passiġġier fʼkull waħda fil-perjodu komparattiv tal-2023).

Ekonomija

Sport