Wednesday, December 25, 2024

Żieda ta’ 27.5% fil-wasliet tat-turisti fi Frar

Aqra wkoll

Fi Frar illi għadda, l-għadd ta’ turisti li waslu f’pajjiżna kienu jammontaw għal 168,967, li jfisser żieda ta’ 27.5% meta mqabbel mal-istess mal-istess xahar tal-2023.

Statistika maħruġa mill-NSO turi li 151,862 turist ġew Malta għal skop ta’ vaganza, filwaqt li 10,244 turist ġew għal raġunijiet ta’ xogħol.

L-akbar għadd ta’ turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena (35.5%), segwiti minn dawk fl-età ta’ bejn l-45 u l-64 sena. Residenti Taljani, mir-Renju Unit u minn Polonja kienu jammontaw għal 44.5% tat-total ta’ turisti li ġew Malta.

It-total ta’ ljieli mqattgħin mit-turisti żdiedu bi 24%, biex qabżu il-miljun lejl. In-nefqa totali tat-turisti matul dan ix-xahar, kienet ta’ kważi €114.3-il miljun, li tfisser żieda ta’ 31.5% meta pparagunatt mal-istess xahar tas-sena l-oħra.

L-istess statistika turi kif fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena it-total ta’ turisti f’pajjiżna kienu jammontaw għal 340,988 turist. Dan jirrifletti f’żieda sostanzjali ta’ 26.9% fuq l-istess perjodu tas-sena 2023. It-total ta’ ljieli f’dan il-perjodu żdiedu b’9.4%, biex qabżu t-2.0 miljun lejl.

Bejn Jannar u Frar 2024, in-nefqa totali tat-turisti kienet stmata li tlaħħaq it-€224.2 miljun, żieda ta’ 20.5% fuq dak li kien irreġistrat fl-2023.

Ekonomija

Sport