Sunday, December 22, 2024

Żieda ta’ 3.1% fl-istudenti post-sekondarji u l-Universita fis-sena akkademika 2019-2020

Aqra wkoll

L-għadd ta’ studenti reġistrati fis-sixth form u f’istituzzjonijiet post-sekondarji oħra matul is-sena akkademika 2019 – 2020 kien ta’ 9,620 li juri tnaqqis ta’ 1.8% fuq l-għadd ta’ studenti reġistrati fis-sena akkademika ta’ qabel. 

Madankollu, l-għadd ta’ studenti reġistrati fl-istituzzjonijiet post-sekondarji u l-Universita ta’ Malta flimkien fl-istess sena akkademika l-żdied bi 3.1% u tela’ għal 26,673.

Ċifri publikati f’dan ir-rigward mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jindikaw li l-ikbar proporzjon ta’ studenti post-sekondarji matul is-sena akkademika 2019-2020 kienu taħt id-19-il sena.

F’din l-istess sena, l-istudenti barranin reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet laħħqu 995, għadd li jammonta għal 10.3% tal-popolazzjoni studentestka kollha fil-livell post-sekondarju.

L-istess ċifri juru wkoll li l-maġġoranza ta’ studenti post-sekondarji kienu reġistrati f’istituzzjonijiet edukattivi tal-istat.

Ekonomija

Sport