FʼMejju 2025, in-numru taʼ persuni rreġistrati li jaħdmu full-time kien jammonta għal 295,995, żieda taʼ 3.9 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
L-għadd taʼ persuni li kellhom part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom laħaq il-35,696, żieda taʼ 5.4 fil-mija fuq Mejju 2024.
In-numru taʼ persuni jaħdmu full-time fis-settur privat żdied bi 3.9 fil-mija fi żmien tnax-il xahar biex laħaq il-241,765.
L-għadd taʼ persuni jaħdmu full-time fis-settur pubbliku żdied bʼ4.3 fil-mija minn Mejju 2024 u kien jammonta għal 54,230.
Fuq il-livelli rreġistrati fʼMejju 2024, l-għadd taʼ rġiel bʼimpjieg full-time telaʼ bi 3.6 fil-mija biex laħaq il-178,232, filwaqt li l-għadd tan-nisa żdied bʼ4.5 fil-mija biex laħaq il-117,763.

