Monday, February 16, 2026

Żieda ta’ €5.6 biljun fl-investiment dirett barrani f’Malta

Aqra wkoll

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-investiment dirett barrani fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra żdied b’ħamest elef u sitt mitt miljun ewro.

Fi stqarrija li ħareġ l-NSO ġie spjegat li sa Ġunju tas-sena li għaddiet l-investiment dirett barrani f’pajjiżna qabeż l-€485 biljun, żieda ta’ €18.9 biljun fuq l-istess żmien tas-sena ta’ qabel.

Dan fl-istess waqt li f’Ġunju tal-2025 l-investiment dirett barrani f’Malta kien ta’ ftit aktar minn €459 biljun, żieda ta’ €13.2 biljun meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena ta’ qabel.

L-NSO jirraporta li ż-żieda fl-investiment dirett barrani f’Malta kienet l-aktar mill-kumpaniji tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni li bejniethom għandhom ftit aktar minn 98% tal-investiment barrani f’Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport