Thursday, December 26, 2024

ŻIEMEL IMUT WARA LI ĦABAT F’TAL-LINJA FIL-FURJANA

Aqra wkoll

Żiemel miet wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fil-limiti ta’ Triq l-Assedju l-Kbir fil-Furjana.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żiemel għal xi raġuni sfratta u baqa’ dieħel f’tal-linja ftit metri bogħod.

Fil-post issejħu membri mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali, iżda ż-żiemel kien ċċertifikat mejjet fil-post. Issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-assistenza lil passiġġiera li kienet f’tal-linja minħabba li sofriet minn qatgħa kawża tal-inċident. Hija ttieħdet għal aktar osservazzjoni medika b’amulanza li ssejħet fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport