Monday, November 11, 2024

Żimbabwe: Mara tikkontesta l-liġi biex tkun tista’ tuża l-ġugarelli sesswali

Aqra wkoll

Fiż-Żimbabwe hemm liġi li tagħmel il-ġugarelli sesswali illegali u għalhekk min jinqabad b’wieħed kemm id-dar u anke fil-pubbliku jitressaq quddiem il-ġustizzja u jista’ jeħel il-ħabs.

Mara qalet li hija għandha dritt li tagħmel użu mill-ġugarelli sesswali u l-ebda Gvern m’għandu jindaħlilha kif tesprimi s-sesswalità tagħha. Fil-fatt ftit tal-ġimgħat ilu l-mara fetħet każ quddiem il-Qorti tal-pajjiż biex tikkontesta din il-liġi.

L-użu ta’ ġugarelli sesswali fiż-Żimbabwe kienu saru xi ħaġa komuni l-aktar fost nisa li huma ddivorzjati jew inkella kellhom wild qabel iż-żwieġ.

Dan minħabba l-fatt li l-kultura tal-pajjiż “tistmerr” lil dawn in-nisa u għalhekk ikun ħafna diffiċli li jsiru raġel ieħor. Għalhekk ħafna minn dawn in-nisa kienu qegħdin jixtru dawn it-tip ta’ ġugarelli biex b’hekk xorta waħda jkunu jistgħu jesprimu x-xewqat sesswali tagħhom.

Sport