Tuesday, December 24, 2024

Żjara fi skola sekondarja mill-kowċ u plejer tat-tim nazzjonali tan-nisa

Aqra wkoll

Il-kowċ nazzjonali tan-nisa, Manuela Tesse, ingħaqdet mill-plejer tat-Tim Nazzjonali Charlene Zammit kmieni nhar il-Ġimgħa għal żjara fl-Iskola Sekondarja Immaculate Conception f’Ħal Tarxien.

Dan l-avveniment kien parti mit-tħejjija li tilħaq il-qofol tagħha fil-jiem li ġejjin qabel l-aħħar konfront tal-UEFA Women’s Nations League għat-tfajliet f’dan iċ-ċiklu u l-possibbiltà realistika tal-ewwel post qatt miksub fi Grupp C1 li jwassal għall-promozzjoni għal Grupp B.

Malta tiffaċċja l-Latvja fl-aħħar konfront ġewwa drana nhar it-Tlieta 5 ta’ Diċembru, wara l-vjaġġ tagħhom lejn il-Moldova biex jilagħbu kontra da nil-pajjiż nhar il-Ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla, bħala parti minn dan id-double header, li se jkunu l-logħbiet finali fil-kompetizzjoni għat-Tim Nazzjonali tan-Nisa.

It-tim immexxi mill-kowċ Manuela Tesse bħalissa jinsab b’punti massimi fil-quċċata tal-klassifika minn erba’ partiti, bil-Latvja ħames punti warajhom b’seba’ punti.

Kemm il-kowċ Manuela Tesse kif ukoll il-player Charlene Zammit ħadu l-opportunità waqt din iż-żjara biex jippromwovu l-futbol tan-Nisa.

Charlene Zammit, li hija wkoll l-għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika fl-istess skola, enfasizzat l-importanza ta’ dawn iż-żewġ logħbiet u l-possibbiltà li jilħqu l-mira tagħhom li jassiguraw din il-promozzjoni unika u storika għal League B tal-kompetizzjoni.

Il-plejer Zammit fissret ukoll is-sensazzjoni ta’ kburija u responsabbiltà li ġġorr meta tirrappreżenta lil pajjiżha, waqt li ħeġġet ukoll lill-istudenti biex nhar it-Tlieta 5 ta’ Diċembru jmorru s-Centenary Stadium u jagħtu s-sapport massimu lit-tfajliet fit-tragward tagħhom biex jiktbu l-istorja.

Ekonomija

Sport