Monday, July 14, 2025

Żjara ta’ qabel l-Isle of MTV Malta 2025 tħejji l-pass għal edizzjoni oħra li m’għandhiex tintilef

Aqra wkoll

Dalgħodu, it-tħejjijiet finali għall-Isle of MTV Malta ta’ din is-sena kienu għaddejjin ġmielhom hekk kif iċ-Chairman tal-MTA Dr Charles Mangion u Russ Samuel, Viċi President, Marketing Kreattiv u Integrat f’Paramount/MTV, żaru l-Fosos ikoniċi fil-Furjana, fejn eluf ta’ partitarji tal-mużika se jinġabru għada filgħaxija.
 
Waqt iż-żjara, iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, Dr Charles Mangion qal, “L-Isle of MTV Malta stabbilixxiet ruħha sew bħala avveniment ewlieni tal-kalendarju kulturali tagħna u avveniment ewlieni li jenfasizza l-pożizzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni dinamika u ta’ klassi dinjija għall-mużika u d-divertiment.
 
Kburin li għal darb’oħra nilqgħu artisti internazzjonali, flimkien ma’ artisti lokali ta’ talent, għal dak li jwiegħed li jkun serata tassew memorabbli. Dan l-avveniment huwa xhieda tal-abbiltà ta’ Malta li tospita produzzjonijiet internazzjonali fuq skala kbira filwaqt li turi s-sħana, l-ospitalità, u l-ispirtu vibranti tal-gżejjer tagħna.”
 
Russ Samuel, il-Viċi President, tal-Kummerċjalizzazzjoni Kreattiva u Integrata, ta’ Paramount/MTV żied jgħid, “Aħna eċċitati li nuru l-aqwa li Malta għandha x’toffri lill-udjenzi madwar id-dinja, filwaqt li nġibu lineup ta’ artisti mimlijin stilel minn ġeneri diversi kemm lin-nies ta’ Malta kif ukoll lit-turisti li jżuruha.”
 
Il-lineup tant mistenni ta’ din is-sena jinkludi l-artisti Ella Henderson, Damiano David, u ALOK li jinsabu fil-quċċata tal-klassifiki, u jwiegħdu lejla indimentikabbli ta’ wirjiet u divertiment ta’ klassi dinjija fil-Granjaries.
 
Il-kunċert Isle of MTV Malta se jsir għada filgħaxija u għal darb’oħra se jitfa’ dawl fuq Malta bħala waħda mid-destinazzjonijiet mużikali ewlenin tas-sajf fl-Ewropa.
 
 
 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport