Il-Kummissjoni ta’ Koordinazzjoni tal-ICMG Prishtina 2030, mmexxija mill-membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-ICMG u l-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, s-Sur Julian Pace Bonello, għamlet żjara uffiċjali f’Prishtina,l-Kosovo, bejn is-27 u d-29 ta’ Lulju 2025.
Matul iż-żjara ta’ jumejn, ir-rappreżentanti tal-ICMG, fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tal-ICMG is-Sur Iakovos Filippousis, kellhom laqgħat mal-mexxejja tal-Kumitat Olimpiku ta’ Kosovo – il-President Ismet Krasniqi u s-Segretarju Ġenerali Besim Aliti – kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika ta’ Kosovo, inkluż il-Ministru tal-Finanzi s-Sur Hekuran Murati u d-Deputat Ministru għall-Kultura, Żgħażagħ u Sport is-Sinjura Daulina Osmani. Saru wkoll laqgħat mas-Sindku ta’ Prishtina, is-Sur Përparim Rama, bl-għan li jiġu riveduti l-preparamenti għall-akbar avveniment sportiv li qatt se jsir f’Kosovu.
Id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-isfidi attwali u l-istabbiliment tal-Kumitat Organizzattiv “OCMG” Prishtina 2030, li se jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ stakeholders nazzjonali ewlenin, jiġifieri l-KOK (Kumitat Olimpiku ta’ Kosovo), il-Gvern tar-Repubblika ta’ Kosovo u l-Kunsill Lokali ta’ Prishtina, u li se jkun ippresedut mill-President tal-KOK Ismet Krasniqi.
Il-Gvern ta’ Kosovo rrefera l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-organizzazzjoni b’suċċess tal-Logħob u l-impenn assolut tiegħu li jkompli jiffinanzja l-akbar proġett li qatt ġie implimentat fil-pajjiż, kif kien imfassal fid-dossier tal-kandidatura.
Is-Sindku ta’ Prishtina kkonferma l-appoġġ istituzzjonali għal proġetti u investimenti marbuta mal-Belt ta’ Prishtina sabiex din tkun tista’ tilqa’ u tospita aktar minn 15-il elf mistieden waqt il-Logħob.
Fi tmiem tal-laqat ġie mħabbar li l-Kummissjoni ta’ Koordinazzjoni se tippreżenta rapport dwar il-progress u r-rakkomandazzjonijiet ta’ din iż-żjara lill-Kumitat Eżekuttiv tal-ICMG waqt laqgħa li se ssir fil-28 ta’ Novembru 2025 f’Portimão, il-Portugall.
Matul l-Assemblea Ġenerali Straordinarja tal-ICMG, li se ssir fit-29 ta’ Novembru 2025, il-Kumitat Organizzattiv Prishtina 2030 se jippreżenta lill-ICMG l-progress tal-preparamenti u l-Pjan tal-Logħob.