Saturday, April 26, 2025

Żjara uffiċjali fuq il-vapur storiku Amerigo Vespucci

Aqra wkoll

Fuq stedina tal-Ambaxxatur Taljan għall-Malta, is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, attenda għal żjara uffiċjali fuq il-vapur ikoniku Amerigo Vespucci, li bħalissa jinsab fil-Port il-Kbir.

L-Amerigo Vespucci, mibni fl-1931, għadu jservi b’mod attiv bħala bastiment ta’ taħriġ għall-Korp Navali Taljan. Magħruf mad-dinja bħala wieħed mill-isbaħ u l-aktar vapuri eleganti li qatt inbnew, huwa jirrappreżenta b’mod qawwi l-wirt marittimu u l-ispirtu ta’ esplorazzjoni.

Waqt iż-żjara tiegħu, is-Sindku Olaf McKay qal: Għalija kienet esperjenza ta’ unur u rispett kbir li ninsab fuq bastiment li jġorr tant storja u tradizzjoni. L-Amerigo Vespucci jirrifletti l-valuri ta’ perseveranza, dixxiplina u ħbiberijaL-Amerigo Vespucci għadhu jgħix il-missjoni tiegħu bħala vapur ta’ taħriġ għall-Korp Navali Taljan, u llum huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar bastimenti sbieħ u magħrufa fid-dinja. Nirringrazzja lill-Eċċellenza tiegħu Fabrizio Romano għall-istedina u lill-ekwipaġġ għall-ospitalità tagħhom.

Il-preżenza tal-Amerigo Vespucci fil-Port il-Kbir hija tifkira ħajja tal-konnessjonijiet marittimi u kulturali qawwija bejn Malta u l-Italja, relazzjoni mibnija fuq storja ta’ rispett reċiproku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport