Wednesday, December 25, 2024

Zlatan Ibrahimovic f’diskussjonijiet ma’ AC Milan biex jiffirma kuntratt ġdid

Aqra wkoll

Id-direttur ta’ AC Milan Paolo Maldini żvela li l-club jinsab f’diskussjonijiet ma’ Zlatan Ibrahimovic dwar estensjoni tal-kuntratt.

Il-player ta’ 40 sena qed ikompli jsib ix-xibka għar-Rossoneri fis-snin tad-deheb tiegħu u rreġistra tmien goals u żewġ assists fi 15-il dehra tas-Serie A dan l-istaġun.

It-kuntratt eżistenti ta’ Ibrahimovic f’San Siro għandu jiskadu fis-sajf li ġej, iżda Maldini kkonferma li l-internazzjonali Żvediż għadu jista’ jibqa’ mar-Rossoneri sal-2023.

“Qed niddiskutu ma’ Zlatan. Il-pjan tiegħu hu li jkompli għal staġun ieħor iżda Ibrahimovic qatt mhu se jkun problema għalina – kollox jinsab f’idejh,” qal Maldini.

Ibrahimovic sab ix-xibka 36 darba f’66 dehra waqt it-tieni perijodu tiegħu mar-Rossoneri iżda tilef ir-rebħa tas-Sibt fid-Derby della Madonnina kontra l-ex club tiegħu Inter minħabba injury kemmxejn serja fl-Achilles tendon.

Fin-nuqqas tal-Iżvediż, Olivier Giroud skorja darbtejn fi tliet minuti biex mexxa lir-Rossoneri għar-rebħa ta’ 2-1 wara l-goal ta’ Ivan Perisic għal Inter, hekk kif Theo Hernandez tkeċċa fl-aħħar ħinijiet tal-partita għal AC Milan.

Ekonomija

Sport