Sunday, November 10, 2024

Zlatan Ibrahimovic iġedded ma’ Milan

Aqra wkoll

L-attakkant Svediż, Zlatan Ibrahimovic, iffirma estensjoni tal- kuntratt għal sena oħra ma’ Milan.

Il-kuntratt preċedenti skadielu fl-aħħar ta’ Ġunju u qed jiffaċċja perjodu twil fuq il-bank hekk meta qed jirkupra minn operazzjoni tal-irkoppa.

Iżda Milan ikkonfermaw l-estensjoni ta’ 12-il xahar sat-30 ta’ Ġunju, 2023, li se tieħdu lil hinn minn għeluq il-41 sena tiegħu.

Għalkemm ma kienx regolari fl-istaġun li għadda, Ibrahimovic kien strumentali biex għen lil team żagħżugħ ta’ Milan biex kontra kull mistenni jikseb it-titlu improbabbli tas-Serie A.

Huwa wasal għat-tieni perjodu tiegħu mal-club immedjatament wara t-telfa kbira 5-0 minn Atalanta li pinġiet stampa qawwija ta’ fejn kienu Milan.

Sport