Sunday, December 22, 2024

Zlatan Ibrahimovic jirtira mil-logħba

Aqra wkoll

L-attakkant Svediż ta’ Milan, Zlatan Ibrahimovic, irtira mill-football fl-età ta’ 41 sena, u temm waħda mill-aktar karrieri brillanti tal-era moderna.

“Qed ngħid addio lill-football iżda mhux lilkom,” qal Ibrahimovic lill-partitarji Rossoneri. 

Huwa kien diġà ħabbar li se jħalli lill-club Taljan.

Huwa skorja 511-il goal fil-karriera tiegħu fosthom Paris St-Germain, Barcelona Manchester United u kemm AC kif ukoll Inter, fejn rebaħ it-titli tal-kampjonat f’erba’ pajjiżi.

Ibrahimovic beda t-tieni perjodu tiegħu ma’ AC Milan kmieni fl-2020, wara li rebaħ l-Iscudetto magħhom fl-2011, u għenhom jirbħu t-titlu mill-ġdid l-istaġun li għadda.

Iżda huwa lagħab erba’ darbiet biss u beda partita waħda għat-team tas-Serie A dan f’dan l-istaġun – u skorja goal wieħed – wara sensiela ta’ injuries.

“Għandi wisq emozzjonijiet bħalissa. Forza Milan u addio,” qal Ibrahimovic, filwaqt li pprova jżomm id-dmugħ.

“L-ewwel darba li ġejt hawn intom tajtuni l-hena, it-tieni darba tajtuni l-imħabba.

“Intom ilqajtuni b’idejkom miftuħa u dħalt f’qalbkom … se nibqa’ Milanista għal ħajti kollha,” temm jgħid Ibrahimovic. 

Ekonomija

Sport