Friday, December 13, 2024

“Żmien diffiċli mhux biss għall-Ukrajna imma għall-Ewropa u l-bqija tad-dinja”

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-aħħar żviluppi u l-aggressjoni fuq l-Ukrajna, il-Konsulent u Avukat li jispeċjalizza fil-liġi internazzjonali, l-affarijiet barranin u l-politika Brendan Zerafa qal li kien ilu mistenni li r-Russja jaf tinvadi l-Ukrajna. 

F’kummenti ma’ Talk.mt, Zerafa qal imma ħadd ma stenna li l-attakk tagħhom kien se jkun daqshekk b’saħħtu u daqshekk mgħaġġel.

Osserva l-fatt li r-Russja attakkat minn kull naħa: mit-Tramuntana, min-nofsinhar, u mil-Lvant. Qal ukoll li l-forzi Ukreni kellhom ftit ċans jirreżistu.

Temm jgħid li: “Din il-gwerra timmarka żmien diffiċli, mhux biss għall-Ukrajna imma wkoll għall-Ewropa u l-bqija tad-dinja. Huwa ċar ferm li x-xena ġeopolitika qed tiċċaqlaq b’mod rapidu ħafna, forsi b’mod illi anke d-dinja ma kienitx qed tistenna.”

Ekonomija

Sport