Saturday, November 16, 2024

“Żmien Lewandowski ma’ Bayern għadda”

L-Eks Coach ta’ Bayern Munich, Ottmar Hitzfeld

Aqra wkoll

L-Eks Coach ta’ Bayern Munich u leġ­ġendarju tal-football Ġermaniż, Ottmar Hitzfeld, tefa’ l-piż fuq is-saga ta’ Robert Lewandowski.

Hitzfeld, 73 sena, qal lill-club tal-Bavarja li għandhom iħallu lill-attakkant Pollakk jitlaq. Barcelona kienu msemmijin ħafna ma’ Lewandowski u kkonfermaw pubblikament l-interess tagħhom fl-attakkant, filwaqt li hu stess kien sod dwar l-intenzjoni tiegħu li jitlaq. Il-club stess sostna li se jkollu jara l-kuntratt tiegħu sal-aħħar.

Hitzfeld spjega x’kien jagħmel kieku kien fil-poter:

“Jekk Lewandowski jrid imur, allura ħallih imur, ma jagħmilx sens li nkomplu flimkien. Meta kollox jingħad u jsir, il-players kollha jridu li jkollhom suċċess. Iżda l-ġe­rarkija kollha ta’ Bayern hija naturalment imdejqa minħabba l-azzjonijiet ta’ Lewandowski.”

Ċertament jidher li hemm żewġ dinamiċi fil-logħob għal Bayern. Apparti li jkollok taħdem kif tilgħab mingħajr wieħed mill-aqwa attakkanti tal-aħħar 10 snin u li tittratta t-telfa fil-ground, hemm il-konsegwenzi barra minnha.

Jekk iħallu lil Lewandowski jitlaq, jista’ jħeġġeġ players oħra biex jieħdu approċċ pubbliku simili biex jisfurzaw li jitbiegħdu mill-club, li jista’ jispjega l-ebusija tagħhom dwar il-kwistjoni.

Ekonomija

Sport