Friday, November 22, 2024

Żminijietna tħeġġeġ lill-Gvern għal negozjar kollettiv settorjali għas-sewwieqa ta’ ‘Y plates’ u ‘Food Couriers’

Aqra wkoll

L-Organizazzjoni Xellugija Zminijietna stqarret “li d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħlaq il-bieb għal ‘ħaddiema barranin’ addizzjonali f’oqsma li huma saturati hija inizjattiva tajba. Ekonomikament, deċiżjonijiet politiċi bbażati fuq ippjanar aħjar u ideat progressivi għandhom ikunu t-triq ‘il quddiem.

“Din it-tip ta’ strateġija toffri aktar sigurtà tax-xogħol lill-impjegati eżistenti. Tista’ twassal ukoll għal titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol”, żiedet tgħid Zminijietna – Leħen ix-Xellug.

Barra minn hekk, Żminijietna tħeġġeġ lill-Gvern biex jesplora l-possibbiltà ta’ negozjar kollettiv settorjali għas-sewwieqa tal-‘Y plates u ‘Food couriers’. Diversi studji juru li pajjiżi b’negozjar kollettiv robust, il-ħaddiema jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ impjieg inqas prekarji. Dan il-ftehim jekk jiġi introdott se jkun pass importanti lejn settur ta’ l-ikel u servizzi aktar ġust.

Sport