Wednesday, March 5, 2025

Żomm dejjem pożittiv u agħti dejjem il-mija fil-mija tiegħek kemm fit-taħriġ u anke fil-logħob – Tensior Gusman

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Missieri kellu l-bar tal-grawnd tal-futbol ta’ Ħal-Qormi minn dejjem niftakarni nara ma’ min se nsib nilgħab.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Tarxien Rainbows FC sa issa.

S’issa l-esperjenza tiegħi ma’ Tarxien Rainbows FC hija waħda pożittiva. 

X’tikkummenta fuq il-kowċ, Jacques Scerri?

Il-kowċ Jacques Scerri huwa kowċ li jadatta għal kull logħba.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim tiegħek matul dan l-istaġun sa issa?

S’issa l-andament tal-iskwadra jinsab magħqud ħafna u pożittiv.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

L-ewwel tragward ilħaqnieh billi ġejna mal-ewwel tmienja. Issa t-tragward li jmiss għalina huwa dak li nipprovaw niksbu l-promozzjoni għall-Malta Premier.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-livell tal-futbol Malti sar ħafna iktar bilanċjat u kulħadd jista’ jtellef il-punti lil kwalunkwe tim.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob tagħkom?

Kemm il-Victor Tedesco Stadium kif ukoll is-Centenary Stadium huma grawnds tajbin.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jilgħab il-futbol.

Żomm dejjem pożittiv u agħti dejjem il-mija fil-mija tiegħek kemm fit-taħriġ u anke fil-logħob!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport