Monday, April 7, 2025

Żomm ‘il bogħod mill-vizzji u qatt tgħid ma nistax jew iktar tard – Marvin Vella

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Jien bdejt minn età kbira. Kelli 42 wara li għamilt test tad-demm u rriżulta li kelli bżonn nibda nagħmel xi ħaġa. Fuq il-post tax-xogħol għandi kollega tiegħi jħobb imur jiġri u ħajjarni nibda mmur miegħu. L-ewwel bdejt bil-jogging imbagħad maż- żmien bdejt niġri ftit ftit.

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?

Fil-kategorija tiegħi hemm ħafna minnhom li huma professjonali għaldaqstant għadni ma ksibtx wisq suċċessi imma dejjem qed nitjieb fil-ħinijiet li nikseb. Il- mira tiegħi hi li nitla’ kategorija oħra mbagħad nibda nikseb is-suċċessi.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

Malta żgħira imma l-livell mhuwiex ħażin. Bħal kull sport ieħor Malta dejjem limitata imma maż-żmien nemmen li niġu. 

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?

Bħala post Malta huwa żgħir u hemm il-limitazzjonijiet tagħha speċjalment fejn jidħlu maratoni. Malta tispiċċa tiġġammja minħabba f’hekk u kulħadd igorr.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?

Nitlob lil Alla sabiex ikompli jagħtini s-saħħa biex inkompli għaddej u ntejjeb il-ħinijiet tiegħi. L-aspirazzjoni tiegħi hija dik li nħajjar in-nies jibdew jipprattikaw l-atletika. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.

Żomm ‘il bogħod mill vizzji u qatt tgħid ma nistax jew iktar tard. La nista’ nagħmilha jien, tista’ tagħmilha int!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport