Nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Awwissu 2025, Music Bliss Events se jorganizzaw serata mill-aqwa bl-isem ta’ Zurrieq Summer Fest fi Triq Don Carlo de Giovanni Inglott, iż-Zurrieq bid-dħul huwa b’xejn.
Il-qligħ kollu mill-avveniment se jmur għal Dar Bjorn, li jappoġġja individwi
bl-ALS u kundizzjonijiet newrodeġenerattivi.
Mistiedna speċjali se jkunu Regina u Nathalie Aarts, il-vuċijiet wara The Soundlovers.
Fost id-diski ewlnein tagħhom hemm:
“Run Away,” “People,” “Surrender,” “Walking,” “Wonderful Life,” “We Wanna Party,” “Day by Day,” “Living in your Head,” “Close the Door,” u “Abracadabra”. Qabel u wara l-att prinċipali, se jkun hemm DJ sets minn Ryan Spiteri, Commander J u Pierre Cordina!
Link tal-Avveniment: https://www.facebook.com/share/1BCdxvVEVT/?mibextid=wwXIfr
M’hemmx dubju li dan l-avveniment se jkun suċċess garantit!