Friday, November 29, 2024

Żvediża tidentifika lir-raġel mixli li attakkaha

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-fajla ta’ 26 mill-Iżvezja li allegatament kienet attakkata waqt li kienet qed tixxemmex fl-inħawi tal-Belt magħrufa bħala “il-Fossa” irrakkuntat kif ħasbet li se tiġi stuprata jew maqtula.

Anna Karsbjer kienet qed tixhed quddiem il-Maġistrat Nadine Lia fil-kumpilazzjoni ta’ Frederick Mifsud, ir-raġel ta’ 36 sena mis-Siġġiewi li qed jiġi mixli li ħebb għaliha u ikkaġunalha ġrieħi gravi.

Fix-xiehda tagħha, li kienet ikkaratterizzata minn ilfieq u biki kontinwu, it-tfajla irrakkuntat kif kienet qed tixxemmex u tkellem lil missierha fuq it-telefon meta innutat lill-akkużat miexi ħdejha u anke messilha saqajha. 

Hija qaltlu biex iżomm id-distanza minħabba l-Covid19 u f’temp ta’ ftit sekondi ġie fuqha fejn għall-ewwel ħasbet li waqa’ imma fil-fatt beda jsawwatha.

Wara li waqaf u telaq bdiet tgħajjat għall-ajjut marret titlob l-għajnuna u żewġt irġiel ċemplu lill-Pulizija. Wara li ġew il-pulizija u ħaduha d-dar aktar tard hija marret sptar għall-kura.

Fil-kawża xehdu wkoll pulizija li kienu involuti fl-investigazzjoni fejn waqt li semmew kif l-irġiel li ċemplulhom qalulhom li raw raġel jiġri imma m’għarfuhx spjegaw kif l-akkużat ammetta magħhom li aggredixxa mara.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Daryl Borg waqt li Mifsud, li qed iwieġeb mhux ħati, għandu jiddefendih lill-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

Sport