Fl-aħħar sigħat, it-tim l qed jieħu ħsieb Miss Universe Malta ħareġ għal pubbliku l-kostum nazzjonali li bih Maxine Formosa Gruppetta se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-71 Miss Universe fl-14 ta’ Jannar, 2023.
Fil-jiem li ġejjin se tkun qiegħda titlaq lejn New Orleans fl-Istati Uniti biex tirrappreżenta lill-pajjiżna flimkien ma’ 86 pajjiż ieħor.
Il-kostum nazzjonali qed jissimbolizza l-Lira Maltija. Din kienet il-munita ewlenija ta’ pajjiżna sal-2007 meta imbgħad iddaħlet l-ewro
Ix-xogħol tal-kostum hu ta’ ‘Charles & Ron’. Il-kostum juri l-karta tal-flus tal-Għaxar Liri Maltija.
Min-naħa l-oħra l-ġojjellerija li se tkun liebsa Maxine huma parti mill-kollezzjoni ta’ ‘Carisma Collections’ li wkoll juru l-muniti wżati fil-Lira Maltija.
Is-sena 2000 fuq il-munita tissimbolizza s-sena tat-twelid ta’ Miss Universe Malta 2022 – Maxine Formose Gruppetta.