Lest biex ittejjeb il-karriera tiegħek u tikseb ħiliet importanti għall-era diġitali? DiHubMT ħabbar it-tnedija ta’ erba’ korsijiet b’xejn biex itejjeb il-ħiliet essenzjali tiegħek f’dawn l-industriji. Dawn il-korsijiet se jsiru ġewwa DiHubMT u joffru opportunità unika biex tikseb esperjenza minn esperti tal-industrija u biex tikkontribwixxi għall-miri ta’ trasformazzjoni diġitali ta’ Malta.
Kemm jekk inti kreattiv, inġinier, jew professjonist li qed tfittex li tintegra għodod ġodda fix-xogħol tiegħek, dawn il-korsijiet jgħoddu għalik.
Lista ta’ Korsijiet
- Esplora Realtajiet Ġodda b’Kors dwar Fundamentals of Virtual Environment (VE)

Dan il-kors immersiv jiffoka fuq il-bażi u l-iżvilupp tat-teknoloġija VR/AR/MR. Titgħallem ħiliet essenzjali fil-hardware u s-software tal-VE, 3D modelling, animation, spatial audio, interaction paradigms, immersive design, development tools, u future trends.
Ideali għal: Professjonisti interessati fl-iżvilupp tal-VE.
Tul ta’ żmien: 4 sessjonijiet, sagħtejn kull waħda.
Applika hawn: https://forms.office.com/e/w5Uwe5Up70
- Tejjeb ix-Xogħol tiegħek bil-kors AI Upskilling

Dan il-kors, jiffoka fuq tagħlim prattiku u għodod tal-AI b’xejn. Se tkopri l-bażi tal-AI u x’hemm bħalissa fl-AI, prompting techniques, productivity with AI tools, creative applications, ethical considerations, u proġett finali biex turi xogħlok.
Ideali għal: Individwi li jħobbu t-teknoloġija bejn 18 u 60 sena u individwi li għadhom jibdew fl-AI.
Tul ta’ żmien: 4 sessjonijiet, sagħtejn kull waħda.
Applika hawn: https://forms.office.com/e/MQkfMj1iN2
- Ifhem il-konnettività b’Kors ta’ taħriġ dwar l-Internet of Things (IoT)

Dan il-kors jiffoka fuq IoT systems, sensors, communication protocols u security. Il-kontenut ikopri kunċetti tal-IoT u system architecture, sensing, edge computing, data management, communication protocols, wireless connectivity, IoT security attacks and mitigation strategies, future trends, and ethical considerations.
Ideali għal: Żviluppaturi u Inġiniera ta’ Sistemi Inkorporati, Professjonisti tan-Netwerk u l-IT, Innovaturi, Disinjaturi ta’ Prodotti u Intraprendituri tat-Teknoloġija, Inġiniera Industrijali u Speċjalisti tal-Awtomazzjoni, u kull min hu passjonat dwar teknoloġija konnessa u sistemi intelliġenti.
Tul ta’ żmien: 4 sessjonijiet, sagħtejn kull waħda.
Applika hawn: https://forms.office.com/e/9ca9RNeaRq
- Kors Avvanzat tad-3D Printing

Dan il-kors tekniku jipprovdi sessjonijiet teoretiċi u prattiċi avvanzati. Titgħallem dwar materjali avvanzati bħal TPU, Nylon, u kompożiti, kalibrazzjoni tal-printer, irfinar u manutenzjoni, PrusaSlicer, Simplify3D, prevenzjoni ta’ fallimenti u kif issolvi l-problemi, u post-processing (sanding, painting, smoothing, curing).
Ideali għal: Disinjaturi, inġiniera, edukaturi, u dawk li joħolqu affarijiet b’esperjenza bażika fl-istampar 3D li qed ifittxu li javvanzaw il-ħiliet tagħhom.
Tul ta’ żmien: 10 sessjonijiet, sagħtejn kull waħda.
Applika hawn: https://forms.office.com/e/Q9p15RV4iP
Għaliex għandek tagħżel Kors ta’ DiHubMT?
Individwi li jagħżlu dawn il-korsijiet se jibbenefikaw minn tagħlim immexxi minn esperti tal-industrija, li jiżgura li jiksbu għarfien rilevanti u aġġornat. L-importanza fuq it-tagħlim prattiku jfisser li l-parteċipanti se jakkwistaw ħiliet prattiċi direttament applikabbli għall-karrieri tagħhom. Barra minn hekk, dawn il-korsijiet huma b’xejn u jappoġġjaw it-trasformazzjoni diġitali nazzjonali ta’ Malta.
Din l-inizjattiva hija migjuba lilkom minn DIHUBMT u MDIA, u hija ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea.