Sunday, October 19, 2025

Żviluppi ġodda fil-każ ta’ Madeleine McCann

Minn Mikaela Evans

Aqra wkoll

Wara kważi 20 sena minn meta Madeleine McCann għebet waqt li kienet vaganza mal-ġenituri tagħha, fl-aħħar ġimgħat kien hemm żviluppi ġodda fil-każ.

Fil-midja internazzjonali qed jiġi rraportat li waqt li Christian Bruckner, priġunier li kien qed jiskonta sentenza f’ħabs Ġermaniż, fuq akkużi ta’ stupru fuq mara anzjana, qajjem xi dubji dwar l-involviment tiegħu fuq il-każ ta’ Madeleine.

L-awtoritajiet Ingliżi talbu biex qabel ma jinħeles mill-ħabs kellu jiġi mitkellem  minnhom, iżda Bruckner baqa’ jirrifjuta li jagħmel dan tant li hu nħeles mill-ħabs fil-Ġermanja fil-ġimgħat li għaddew. S’issa mhux magħruf x’wassal biex Bruckner qajjem suspetti dwar il-każ ta’  Madeleine. 

Aktar minn hekk, mara li allegatament kienet qed issegwi b’mod malizzjuż, lill-familja McCann dehret quddiem il-qorti, wara li qalet li hi stess hija Madeleine. Il-mara li jisimha Julia Wandelt, qalet li għandha l-istess kundizzjoni fl-għajnejha bħal tat-tifla nieqsa u li ma tiftakarx it-tfulija tagħha. Wandelt allegatament bagħtet diversi messaġġi lil Kate McCann, fosthom wieħed fejn tgħid: “’jiġri jekk jien Madeleine?”. 

Il-mara li għandha aktar minn 24 sena, sostniet dan f’diversi okkażjonijiet, fejn flimkien ma’ Karen Spragg mara ta’ 61 sena minn Cardiff, li qed taffaċċja akkużi ta’ stalking li saru bejn Ġunju tas-sena 2022 u Frar ta’ din is-sena. Il-Qorti ta’ Leicester semgħet evidenza rkuprata minn telefonati fejn juri biċ-ċar lil Wandelt titlob lil Kate McCann għal test tad-DNA fiż-żmien ta’ bejn l-2023 u l-2024.

Każ ta’ McCann kien seħħ fil-lejl tat-3 ta’ Mejju 2007, u l-investigaturi qatt ma waqfu jaħdmu fuq dan il-każ. Dawn l-aġġornamenti ġodda jqanqlu tama, hekk kif suspettat Ġermaniż u mara Pollakka, li tgħid li hi Madeleine, jidhru quddiem il-qorti.  

Il-familja McCann kienet qed tgawdi vaganza f’Praia da Luz, f’Lagos, il-Portugal. Il-ġenituri ta’ Madeleine, Kate u Gerry McCann, kienu qed jieklu ħdejn l-appartament fejn kienu qed joqogħdu flimkien mal-ħbieb tagħhom. 

L-adulti kienu qed jinqasmu bejniethom sabiex jittawwlu lit-tfal fl-appartament kull għaxar minuti. Madeleine, ta’ tliet snin, kienet rieqda flimkien ma’ ħutha, tewmin ta’ sentejn. Ħin minnhom, missierha Gerry nnota xi ħaġa stramba meta mar jittaqwwal lit-tfal, iżda ma tahiex importanza. Aktar tard, meta ommha Kate marret tiċċekkja lit-tfal, nnotat li l-bieb u t-tieqa kienu kemmxejn miftuħin. Kif daħlet fil-kamra, huwa hemmhekk li ndunat li Madeleine kienet għebet.

B’paniku, Kate niżlet jiġri fil-post fejn kienu l-kumplament ta’ sħabha, fejn bdiet tgħajjat u tgħidilhom li Maddie hija nieqsa u hemmhekk anke’ kkummentat li xi ħadd ħadha. F’daqqa waħda qam allarm kbir hekk kif bdiet it-tfittxija għal Madeleine mal-inħawwi.  

Minħabba li kienu qed jittawwlu lit-tfal frekwenti, kien diffiċli jemmnu li setgħet marret ’il bogħod.  Il-ħbieb, il-ħaddiema tal-lukanda u n-nies tal-lokal ingħaqdu fit-tfittxija immedjatament. Xhud partikolari qal li ra persuna b’tifla li kienet tixbah lil Madeleine, iżda dak il-ħin ma ssuspetta xejn. 

Għaddew ix-xhur fejn ma kien hemm l-ebda aġġornament fuq l-għibien ta’ Madeleine.  Is-suspett dejjem baqa’ jikber, kien hemm min ħaseb li, setgħu kienu l-ġenituri li kienu involuti?  Kif ukoll kien hemm xi wħud li emmnu li kien hemm xi ħadd li qatel lil Madeleine b’inċident u ra kif għamel biex b’xi mod jgħatti dan l-inċident. Wara madwar erba’ xhur, il-familja McCann irritornat lejn ir-Renju Unit fejn appellaw lill-pubbliku u lill-midja biex jgħinnu fit-tfittxija ta’ binthom.

 L-investigaturi ma waqfux jaħdmu fuq dan il-każ. It-tfittxija inkludiet klieb imħarrġa, timijiet ta’ salvataġġ u l-komunità kollha. F’ħin minnhom, il-klieb identifikaw riħa stramba fil-karozza tal-familja McCann u fil-kamra minnfejn jingħad li Madeleine sparixxiet. Eventwalment, wara s-suspett li l-ġenituri setgħu kienu involuti, infetħet kawża kontra Kate u Gerry McCann, iżda t-tnejn instabu ħielsa minn kull akkuża relatata mal-għibien ta’ binthom. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport