Il-kwistjoni marbuta mal-COVID-19 u l-oriġini tiegħu ħadet żvolta ġdida fl-aħħar ħin. Dan hekk virologa Ċiniza qed tgħid li għandha l-provi li l-COVID-19 kien immanifatturat f’laboratorju. It-tabiba Li Meng Yan, xjentista li kienet waħda minn tal-bidu li għamlet riċerka fuq il-COVID-19 għamlet l-allegazzjoni tagħha waqt il-programm televiżiv Brittaniku ‘Loose Women’. Hi insistiet li r-rapporti li l-virus oriġina minn suq ma kinux minnhom. Saħqet li l-virus ġie minn laboratorju li jinsab f’Wuhan. Saħqet li dan il-virus ma ġiex minn natura. Hi spjegat li ntalbet toqgħod b’ħalqha magħluq dwar il-possibilità li l-virus kien se jibda jittieħed minn persuna għal persuna. Hi qalet li s-superjuri tagħhom sikktuha meta ppruvat tqajjem l-allarm. Hi telqet minn Hong Kong lejn l-Istati Uniti f’April. Hi spjegat li pjan li jmiss minn naħa tagħha hu li turi kif dan ħareġ mil-laboratorju.