???????à tiċħad l-allegazzjonijiet ta’ Jason Azzopardi li kien hemm ksur ??’ ??????à

Aqra wkoll

???????à tiċħad l-allegazzjonijiet ta’ Jason Azzopardi li kien hemm ksur ??’ ??????à

???????à permezz ta’ stqarrija ċaħdet ?????????????? l-allegazzjonijiet li għamel Jason Azzopardi aktar kmieni dalgħodu li fil-bini kien hemm ???? ??’ ??????à ???ħ?? ??? ?? ?ċ????? ?? ????? ????ħ??? ??-??ġ?????? ??????????

L-Aġenzija tispjega li kmieni dalgħodu daqq allarm fuq żewġ sulari fil-bini tal-Imsida, inkluż is-sular fejn tinsab il-kamra tas-servers. Stħarriġ preliminari jissuġġerixxu li l-allarm falz kien ikkawżat minn sensor difettuż.

“Spezzjoni li saret bir-reqqa fil-kamra tas-servers, li hija attrezzata bl-aqwa sigurtà, u tal-bini kollu żvelat li ma kien hemm l-ebda problemi jew irregolaritajiet. Ma kien hemm l-ebda ksur tas-sigurtà, u s-sistemi tal-Aġenzija baqgħu kompletament intatti. Filmat tas-CCTV ma wera l-ebda sinjali ta’ għemil ħażin. Il-logs kollha u l-filmati tas-CCTV huma ppreservati b’mod metikoluż bħala miżura preventiva biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa,” tgħid l-istqarrija.

???????à tkompli tispjega li l-ebda applikazzjoni jew dokumenti sottomessi mhuma miżmuma fil-kamra inkwistjoni peress li s-servers tal-Aġenzija huma ospitati minn MITA. Barra minn hekk, Identità ma rċeviet l-ebda deċiżjoni jew ordni mill-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta. Id-deċiżjoni li jiġu ssiġillati l-arkivji tat-Taqsima tal-Espatrijati ttieħdet mill-management.

Il-bini ta’ Identità huwa taħt sorveljanza kontinwa minn ħaddiema tas-sigurtà, b’monitoraġġ ta’ 24/7. Il-logs kollha u l-filmati tas-CCTV huma rreġistrati b’mod sigur u aċċessibbli esklussivament minn persuni awtorizzati.

Sport