Martin Ambinette, ir-raġel li kien irrappurtat nieqes, instab mejjet f’Wied Blandun, limiti tal-Fgura
L-ewwel appell kien ħareġ fil-bidu ta’ dan ix-xahar.
Ambinette, ta’ 65 sena, deher l-aħħar l-Fgura. Il-Pulizija bdiet tfittxija għalih imma baqa’ ma nstabx.
Dan sakemm illum il-Pulizija kienet infurmata li nstab katavru f’Wied Blandun li rriżulta tiegħu.