Saturday, December 21, 2024

10 immigranti f’ċentri ta’ detenzjoni pożittivi; 34 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 38 persuna

Aqra wkoll

Fi żmien 24 siegħa kien hemm 34 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Dan filwaqt li kien hemm 38 persuna oħra li kienu reġistrati bħala li rkupraw mill-virus. Dan ifisser tnaqqis marġinali fin-numru ta’ każi attivi, li issa jammontaw għal 424 każ.

Fuq l-istess medda ta’ ħin ittieħdu 2,438 swab test, biex it-total kumplessiv tas-swab tests minn Marzu ’l hawn issa jammonta għal 197,014.

Mill-34 każ pożittiv kien hemm sitt każi li huwa qraba ta’ każi diġà pożittivi, żewġ każi ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, u tliet każi li ġew f’kuntatt ma’ persuni pożittivi għall-Covid-19.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li apparti dawn, kien hemm għaxar immigranti f’ċentri ta’ detenzjoni li matul dawn l-aħħar 24 siegħa wkoll irriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

Ekonomija

Sport