Għaxar persuni sfaw maqtulin u minn tal-inqas 10 oħra sfaw midrubin fi sparatura li seħħet f’Moneterey Park f’Kalifornja waqt il-festival tas-sena l-ġdida Lunari.
Minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom fi stadju bikri, id-dettalji s’issa huma minimi. Madanakollu l-Pulizija kkonfermat li minnf fost dawk midrubin hemm uħud minnhom li jinsabu f’qagħda kritika. Ikkonfermat ukoll li dawk kollha li salvaw, ittieħdu minnufih fl-eqreb sptarijiet biex jingħataw attenzjoni medika.
S’issa l-moħħ wara l-attakk għadu maħrub u għaddejja investigazzjoni biex ikun magħruf x’seta’ kien il-motiv wara l-istess attakk.