Sunday, May 5, 2024

Missier Pelin jitkellem dwar l-aħbar tal-mewt ta’ bintu waqt li ngħatat l-aħħar tislima

Pelin tingħata l-aħħar tislima f'art twelidha

Aqra wkoll

Folla ta’ nies attendiet biex tagħti l-aħħar tislima lil Pelin Kaya f’Moskea f’Istanbul fit-Turkija. It-Torka ta’ 30 sena mietet wara li ttajret minn karozza li baqgħet dieħla fi stabbiliment tal-ikel fil-Gżira l-Erbgħa li għadda.

Għal din l-aħħar tislima, kien hemm preżenti omm u missier Pelin, li ma kinux f’qagħda li jiġu Malta minħabba li għadhom ixxukjati b’dak li ġara lil binthom.

F’kummenti li ta missier il-vittma qal li hu sar jaf mingħand bintu l-oħra li tiġi oħt Pelin u li minn mument ta’ skiet ir-residenza tagħhom inbidlet f’paniku u għajjat.

Intant f’velja li saret biex tfakkar il-memorja tagħha, il-familja appellat lill-poplu Malti biex jappoġġjaha fil-proċess ġudizzjarju biex issir ġustizzja mal-mewt tal-għażiża tagħhom

Il-katavru ta’ Pelin Kaya ttieħed bl-ajru fl-aħħar sigħat wara arrangament mill-Gvern Malti, li daħal għall-ispejjeż relatati.

Sport