Il-Pulizija tal-Għassa ta’ Bormla rnexxielha ssolvi għadd ta’ każijiet ta’ serq li seħħew fl-Isla matul l-aħħar ġimgħat.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield fuq il-midja soċjali, fejn spjega li l-investigazzjonijiet wasslu għall-arrest ta’ tliet persuni li mistennija jitressqu l-Qorti akkużati li allegatament wettqu diversi serqiet minn postijiet differenti f’ħinijiet varji tal-ġurnata.
Bedingfield irringrazzja lill-komunità Sengleana tal-kooperazzjoni tagħha, filwaqt li saħaq li kulħadd jista’ jagħti sehmu biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-lokalitajiet tagħna.
