120,000 karta tal-identità mġedda u aktar investiment fit-taħriġ tal-ħaddiema

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aal-aħħar ta’ Ottubru tal-2026, l-uffiċjali tal-OHSA wettqu 21,869 spezzjoni. Minn dawn ħarġu 737 ordni ta’ waqfien, 2,742 ordni oħra u 2,325 avviż ta’ titjib.

Qal dan il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard waqt id-diskussjoni parlamentari b’rabta mal-estimi finanzjarji għal dan il-Ministeru.

Lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu, il-Ministru Attard tkellem dwar il-ħidma ta’ Identità, fejn qal li matul dawn l-aħħar sentejn ġew imġedda aktar minn 120,000 karta tal-identità. Fl-istess waqt, it-tranżazzjonijiet permezz tal-eID żdiedu minn madwar 13.4 miljun fl-2024 għal aktar minn 14.4 miljun fl-2025.

Barra minn hekk, matul l-2025 ġew imġedda 60,528 Single Permit, żieda ta’ aktar minn 13 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.

Il-Ministru Attard tkellem ukoll dwar ir-riżultati li pajjiżna kiseb fis-suq tax-xogħol u kif qed ikompli jsir investiment f’dak li jirrigwardja t-taħriġ, ħiliet u opportunitajiet.

Hawn semma kif “matul l-2025, 5,875 persuna bdew korsijiet ma’ Jobsplus. U 4,782 temmewhom b’suċċess. Bejn Jannar u Awwissu tal-2026, 5,151 persuna oħra bdew taħriġ ġdid.”

Dwar il-Politika dwar il-Migrazzjoni tax-Xogħol, il-Ministru Attard qal li kif tħabbar fil-budget, se tkompli l-implimentazzjoni ta’ din il-politika.

Il-Ministru Attard temm jgħid li “dak li ppreżentajt illum huwa frott ta’ ħidma kollettiva. Ta’ impenn komuni. Meta nħarsu lejn dawn l-oqsma kollha flimkien. Naraw ħaġa waħda, naraw direzzjoni ċara. Direzzjoni li tgħaqqad il-ħidma kollha ta’ dan il-Ministeru. Direzzjoni mibnija fuq il-progress. Iżda wkoll fuq ir-responsabbiltà. Direzzjoni li tħares lejn il-futur.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport